Minn Matthias Canapini
Telaq daru. Ħalal lil familtu u l-ħbieb. Tbiegħed minn art twelidu. Dan għamlu
b’missjoni waħda ċara quddiemu. Dik li jirrakkonta l-istejjer tan-nies, b’mod partikolari dawk vulnerabbli u inviżib- bli. Jiġri minn post għal ieħor. Iterraq fil-
villaġġi u żoni remoti. Jitkellem u jiġbed ir-ritratti tan-nies. Mhux biss, għax hu ddeċieda wkoll li jsegwi l-istejjer tal-immigranti u għex magħhom fil-kampijiet. Esperjenza li lilu għallmitu ħafna.
Illum Matthias Cana- pini, li jgħidlek mill-ewwel li hu mhux ġurnalist imma sempliċiment jiddokumenta u jwassal l-istejjer tan-nies, jgħid li l-esperjenzi li ltaqa’ magħhom għallmuh li “aħna kollha immigranti”.
Tkellimna ma’ Matthias Canapini. Nistaq- suh dwar kif hu vvjaġġa ħafna fosthom
lejn il-Bal- kani, fil-Lvant tal-Ewropa, fil-Caucasus, it-Turkija u l-Asja. Insemmuluwkoll kif hu żar iċ-ċentru tal-Italja fejn ra b’għajnejh il-qerda li ħalla warajh it- terremot li kien laqat liċ-ċentru tal-Ital- ja. Imma x’tgħallem minn dawn l-esperjenzi?
Għal din id-domanda, Matthias Canapini jgħidilna li “meta jien temmejt il-high
school, jien iddeċidejt li nib- da nivvjaġġa. Bdejt nirrak- konta l-istejjer tan-nies.
Nik- tibhom u anke niġbed ir-ritratti, ibda mill-mini mirdumin fl-art fil-Bożnja, il-
protesti f’Geżi Park fit-Turkija, żjarat f’monasteri fiċ-Ċina u l-gwerra fl-Ukrajna.
Sentejn ilu mbagħad mort fiċ-ċentru tal-Italja. Għamilt kważi se- na hemm. Kont
nivvjaġġa bil-mixi u dan biex ikolli ċans niġbor l-istejjer tan- nies. Stejjer li kienu
dwar it-terremot li laqat iż-żona, it-tbatijiet li kienu għad- dejjin minnhom.
Minn dawn l-esperjenzi jien tgħallimt biex nara n- naħa l-oħra tiegħi nnifsi. Dik li
jkun inħossni parti minn xi ħaġa. Li tkun parti minn komunità fejn m’hem- mx
fruntieri u fejn kulħadd jista’ jgħallem xi ħaġa lil ħaddieħor. Jien għallimt nirrispetta id-diversi modi ta’ ħsibijiet li jeżistu. Jien ma niddefinixxix lili nnifsi bħa- la ġurnalist jew fotografu. Lanqas niddefinixxi ruħi bħala reporter. Niddefinixxi lili nnifs bħala xhud li grazzi għall-għajnuna kollettiva jien nista’ nirrakkonta lid-dinja dwar dak li nkun iltqajt miegħu.
Kull fejn mort rajt il-legat li tħalla mill-gwerrer. Per- suni sempliċi rnexxielhom
jgħixu sempliċiment b’affar- ijiet essenzjali. Dawn huma l-imħabba, il-kenn, l-ilma u l-ikel. Jien irrid nibqa’ nagħ- ti vuċi lil dawn in-nies. Nies bla vuċi. Qed nirreferi
għat-tfal deformati li ltqajt magħhom fil-Vjetnam. Il- vittmi ta’ mini li jitpoġġew fl-art fil-Kambodja. ll-persuni li kellhom jaħarbu mill-post fejn kienu jgħixu fil- Georgia minħabba l-gwerra li kienet inqalgħet mar-Russ- ja fis-sena 2008. Jien nuri l-uċuħ u nsemmi l-ismijiet li ħafna drabi jkunu moħbija wara n-numri u persen- taġġi.
“AĦNA KOLLHA IMMIGRANTI”
Matthias sħarreġ ukoll fuq ir-rotta migratorja. Seg- wa din ir-rotta u ltaqa’ ma’ ħafna immigranti u tfal f’diffikultajiet. Nistaqsuh min hu l-immigrant għalih.
Jgħidilna li sa minn Mejju jien segwejt ir-rotot tal-immigranti u r-refuġjati tul il-
fruntieri Ewropej. Iltqajt ma’ ħafna persuni u familji. Kien hemm minnhom li ġejjin mill-Afrika Ċentrali u oħrajn mill-Asja. Malajr fhimt li sa minn mindu nħolqot id-
dinja, il-bniedem beda jimxi minn post għall-ieħor. Beda jiv- vjaġġa. Emigra. Dawn kienu affarijiet normali. Aħna koll- ha immigranti. Jien personalment indunajt li anke jien immigrant. Tlaqt minn dari u mort lejn supermarket, fejn inżerta li bejniethom ma kienx hemm fruntiera.
STEJJER TA’ IMMIGRANTI… OĦRAJN INVIŻIBBLI IMMA XORTA GĦADDEJJIN
BIL-VJAĠĠ
Dwar l-istejjer li rrakkon- tawlu l-immigranti, Matthias jgħidilna li “rrakkontaw diversi stejjer u b’raġunijiet differenti. Ħafna minnhom ħarbu mill-bombi. Oħrajn ħarbu mid-dittatura. Kien hemm stejjer ta’ persuni li ħarbu minn kunflitti bejn tribujiet.
Oħrajn ħarbu mill-vjolenza, il-korruzzjoni u anke l-faqar. Xi wħud emIgraw biex
sempliċiment sa- bu xogħol u tama ta’ għajxien aħjar. Xi wħud minnhom spiċċaw
maqbudin f’xi pajjiżi partikolari minħabba dawk imsejħin ‘Regolamenti ta’ Dublin’.
Il-gvernijiet jirreaġixxu billi jibnu l-ħitan imma l-immigranti dejjem isibu mezz kifjegħlbu dawk il-ħitan. Niftakar lil Mama- dou. Dan missier ta’ żewġ itfal mis-
Senegal. Kien issawwat b’mod brutali fil- Libja. Jien iltqajt miegħu f’Ventimiglia.
Bħal Yaya, li kellha 15-il sena ħarbet mill- Istat Iżlamiku. Iltqajt ma’ Firas li ħarab mill-monotoni- ja ta’ kampjiet għar-refuġja- ti. Hu tilef daru f’Aleppo minħabba l-
attakki mill-ajru mir-reġim ta’ Assad. Insem- mi wkoll lil Ali li telaq mill-Pakistan sempliċiment għax kellu paga baxxa. Iltqajt ma’ oħrajn morda. Oħrajn inviżibbli
imma dejj- em għaddejjin bi vjaġġ.
“KONT NIPPREFERI MMUT TAĦT IL-BOMBI F’PAJJIŻI”
Ma stajniex ma nistaqsux dwar iż-żjara tigħu f’Lesvo, Calais u Mellilla magħrufin
għall-immigranti li hemm fihom. Jgħidilna li “s-sit- wazzonijiet fil-fruntieri Ew- ropej jinbidlu skont iċ- ċirkostanzi fosthom it-trawmi, kontroll u militarizzazz- joni. L- istejjer jixxiebhu ħafna. Nies li jippruvaw jaqbżu l-ostakli u l-barrieri biex jaslu f’post sigur.
F’Calais, pereżempju, il- port sar qisu fortizza. Imma l-immigranti rnexxielhom jegħlbu dan. X’għamlu? Jistaħbew fit-trakkijiet li jkunu sejrin lejn ir-Renju Unit. It-
traffikanti huma preżenti kullimkien. F’Lesvos, eluf ta’ nies huma maqbudin fil-
kamp tar-refuġjati f’Moria. Niftakar missier li jien iltqajt miegħu l-Greċja. Dan qal li “kieku kont naf li se nmur f’din is-sitwazzjoni li qiegħed fiha llum, jien ngħid li kont nippreferi li mmut taħt il-bombi f’paj- jiżi”.
Naħseb li l-aktar fruntieri vjolenti huma dawk bejn il-Bożnja u l-Kroazja. Ta’ kuljum, għadd ta’ immigranti u refuġjati li ħarbu mill-gwerer qed jispiċċaw jinsterqu, jissawtu u anke umiljati tant li qed jint- bagħtu lura lejn il-fruntiera tal-Bożnja bla dokumenti.
“IL-MARDA TAL-LUM HI Ż-ZMIEN”
Matthias, meta titkellem jirreferi għall-marda ta’ żmienna. Ma jsemmix il-mard li
forsi jiġi f’moħħna. Fi kliemu stess il-marda tal-lum hu ż-żmien.
Jgħidilna li “jien nemmen li l-marda ta’ żmienna hu ż- żmien. Dan għax kulħadd
għaddej b’rankatura. Kważi l-ħin kollu connected. Dis- tratti u minħabba dan ma
nistgħux nifhmu lil xulxin u nħossuna parti mid-dinja. Il-veloċità tal-ħajja għandha na 2013. Mort hemm biex nara l-ħajja ta’ kuljum kif jgħixu dawk li kienu fil-
kampijiet b’mod partikolari mal-fruntiera Torka. Bħala voluntier jien ingħaqadt ma’ organizzazzjoni umanitarja li kienet qed tibgħat għajnuna lejn is-Sirja. Jien iltqajt
ma’ rġiel, nisa u familji li kienu ħarbu min Homs, Aleppo u Damasku. Il-kampijiet
kienu fit-Tramuntana f’żoni okkupati mill-Free Syrian Army, komposta minn
studenti, ħaddiema u eks suldati fl-armata ta’ Assad. Il-kundizzjonijiet fil- kampijiet kienu terribbli. Tajn, ġrieden, tined maħ- muġin, ambulanzi deħlin u ħerġin bil-midrubin.
Mal-fruntieri hemm il-mi- ni fl-art. Għadd ta’ immig- ranti rnexxielhom jgħaddu
illegalment biex isibu kenn fit-Turkija. Kont ilqajt ma’ Amina ta’ 9 snin. Kienet feruta f’saqajha u dan meta splodiet bomba fil-bitħa tad- dar tagħha f’Aleppo. Fix-xhur ta’ wara il-kunflitt kompla żdied. Daħlu milizzji ġodda. Il-massakru beda jkun akbar.
Naħseb li r-rivoluzzjoni kienet xi ħaġa li bdiet kontra d-dittatura imma mbagħad
spiċċat chessboard għal ħafna interessi akbar.
IRRID INKOMPLI B’DIN IL-ĦAJJA TA’ VVJAĠĠAR…
Il-mistoqsija naturali fi tmiem l-intervista ma’ setgħetx tonqos li tkun, dik ta’ jekk
hux se jkompli jgħix din il-ħajja. Jgħidilna li “jien irrid inkompli b’din il-ħajja għal ftit snin oħra jekk hu possibbli. Għalissa jien se nikkonkludi l-proġett dwar il-fruntieri. Dan se jwassalni għal vjaġġ twil lejn l-Afganistan, Sierre Leone u s-Sudan.
Qiegħed naħseb ukoll biex immur lejn l-Amerika t’Isfel għal proġett ġdid dwar
persuni indiġeni li qegħdin jiġġieldu kontra kumpaniji multinazzjonali. Hawn ħafna
dinjiet x’tara f’ħajtek”.


