M’hemm ebda dubju li fl-aħħar snin kien hemm ħidma kbira fejn tidħol il-ħidma
għal Għawdex b’mod partikolari biex jintgħelqu id-diffikultajiet li tiffaċċja din il-gżira minħabba li hi maqtugħa minn Malta. L-Għawdxin u dawk kollha li jgħixu hemm isofru żvantaġġ meta mqabblin mal-Maltin, fuq kollox għax iridu bilfors jiġu Malta għal uħud mill-ħtiġijiet.
Minkejja li sfidi dejjem jifdal wieħed irid jgħid li l-Gvern Laburistra f’dawn l-aħħar
tlettax-il sena kien ferm konxju minn dawn l-isfidi u żvantaġġi. Twettqet ħidma
kbira biex jgħin lill-Għawdxin ilaħħqu mal-ħajja u jgawdu daqs il-Maltin mit-tkattir
ekonomiku ta’ pajjiżna. Jekk nieħdu l-qasam tat-toroq naraw li sar investiment bla
preċedent fejn jidħlu it-toroq. Kien fatt li l-istat ta’ għadd ta’ toroq fil-gżira
Għawdxija ma kienx dak li wieħed jistenna. Kien qiegħed ikun hemm ilmenti
kontinwi. Dan iżda ġie trattat u sar investiment kbir fit-toroq. Fost dawn kien hemmit-triq li mir-Rabat tagħti lejn Marsalforn u l-bypass tar-Rabat. Fejn jidħlu il-
parkeġġi rajna il-kostruzzjoni tal-faċilità tal-park and ride f’Ta’ Xħajma intiża biextaffi l-konfużjoni u n-nuqqas ta’ parkeġġ fl-Imġarr.
Ma’ dawn ma nistgħux ma nsemmux il-qasam kulturali. Għawdex fl-aħħar snin ħa
spinta kbira. Il-qasam kulturali mhux biss ta’ spinta lill-artisti Għawdxin u Maltin
iżda jwassal ukoll biex jinħoloq aktar kummerċ u attività fil-gżira Għawdxija li tant
huma importanti. Illum, nistgħu ngħidu li Għawdex m’għadux ikollu attività turistika u kummerċjali fis-sajf biss mit-turisti imma is-sena kollha.
Kien hemm proġetti oħrajn fosthom dawk marbutin mal-isports bħal paviljun tal-
isports fir-Rabat Għawdex. Fejn jirrigwarda l-anzjani kellna l-bini u t-tlestija tad-dar tal-anzjani f’Għawdex.
Inizjattiva mill-aktar importanti li ttieħdet kienet dik li trattat l-iskariġġ bejn iż-żewġ gżejjer. Sar titjib fil-port tal-Imġarr imma aktar importanti kien it-tnedija tas-servizz tal-fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr Għawdex. Dan is-servizz ġie estiż b’rotot lejn tas-Sliema u Buġibba.
L-insularità t’Għawdex huwa żvantaġġ permanenti, u għalhekk jeħtieġ li l-
investiment u l-għajnuna jitkomplew dejjem. Konxju t’hekk, il-Partit Laburista niseġ pjan ta’ ħidma li bi ħsiebu iwettaq jekk jerġa’ jiġi elett fil-Gvern għal ħames snin oħra. Minbarra t-tlestija tal-proġett li jinsab għaddej sabiex jiġu mtejjbin għadd kbir ta’ toroq, Gvern Laburista ġdid se jkun qed iwettaq investimenti ġodda li jolqtu kull qasam tal-ħajja Għawdxija.
Ma nistgħux nieqfu ma’ dawn il-kisbiet biss. Wieħed irid iħares ukoll lejn iż-żmien li ġej. Smajna diversi pjani li hemm għal Għawdex. Kienet proposta ta’ sodisfazzjon kemm għall-Għawdxin kif ukoll għal dawk li għandhom uliedhom studenti, dik li l- gvern Laburista għandu pjan li tul il-ħames snin li ġejjin se jkun qed iġedded u jsebbaħ il-binjiet tal-iskejjel kollha f’Għawdex. Din hi qabża oħra ta’ kwalità. Qabża fil-kwalità li għandha toffri u tgħin fit-tagħlim tal-istudenti, waqt li l-iskejjel jiġu aġġornati għaż-żminijiet ta’ llum.
Uġiegħ ta’ ras għal ħafna, hi l-vjaġġi bil-vapur, b’mod partikolari meta jkun hemm
ħsarat. Għalhekk ħafna laqgħu b’sodisfazzjon il-proposta li Gvern Laburista kien
se jinvesti f’vapur ieħor sabiex ikollna vjaġġi iktar sikwit bejn il-gżejjer. Minbarra
hekk, dawk fostna li jivvjaġġaw bejn il-gżejjer mingħajr karozza se jkunu qed
jagħmlu hekk mingħajr ħlas, hekk kif diġà huwa fis-seħħ għas-servizz tal-karozzi
tal-linja. Xi fisser dan? Ifisser li issa għandna sitwazzjoni fejn it-trasport pubbliku
kollu f’pajjiżna se jkun bla ħlas.
M’għandniex dubju li din hi ħidma li minnha se jgawdu l-Għawdxin u l-Maltin. Hi
ħidma li se tkompli tgħin lil Għawdex jimxi ‘lquddiem.


