Grupp C – NY/New Jersey
BRAŻIL…………. 1
MAROKK……….. 1
L-attakkant Vinicius Jr salva r-riżultat għall-Brażil bl-iskor ta’ 1-1 kontra l-Marokk valida minn Grupp C tat-Tazza tad-Dinja 2026.
Il-Marokk fetħu l-iskor fil-21 minuta meta Ismael Saibari llobja l-ballun minn il-goalkeeper, Alisson Becker, wara nuqqas ta’ komunikazzjoni bejnu u d-difensuri tiegħu, Gabriel u Marquinhos.
Kienet l-ewwel darba li ċ-champions Afrikani skorjaw kontra oppożizzjoni mill-Amerika t’Isfel f’din il- kompetizzjoni wara li fallew jagħmlu dan kontra l-Perù fl-1970 u kontra l-istess Brażil fl-1998.
Iżda, fit-32 minuta, dawn tal-aħħar kisbu d-draw meta Vinicius Jr qabad ballun fuq ix-xellug tal-kaxxa, dar mad-difensur Neil El Aynaoui u b’xutt angolat sammar il-ballun fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.
Brażil: Alisson, Douglas Santos, Gabriel, Marquinhos, Roger Ibanez (Danilo 46), Bruno Guimaraes (Danilo Santos 80), Casemiro (Fabinho 46), Vinicius Junior, Raphinha, Lucas Paqueta (Matheus Cunha 61), Igor Thiago (Luiz Henrique 62) – Coach: Carlo Ancelotti
Marokk: Bono, Noussair Mazraoui (Anass Salah-Eddine 80), Chadi Riad, Issa Diop, Achraf Hakimi, Ayyoub Bouaddi, Neil El Aynaoui, Bilal El Khannouss (Ayoube Amaimouni-Echghouyab 80), Azzedine Ounahi (Samir El Mourabet 65), Brahim Diaz (Chemsdine Talbi 65), Ismael Saibari (Soufiane Rahimi 89) – Coach: Mohamed Ouahbi
Referee: Slavko Vincic (Slovenja)
assistenti: Tomaz Klancnik, Andraz Kovacic (Slovenja)
Raba’ Uff.: Sandro Scharer (Svizzera)
Skorers: I. Saibari 21 (M); V. Junior 32 (B)
Ammoniti: Casemiro, R. Ibanez (B)
Attendenza: 80,663



