Sunday, June 14, 2026

Mara titlef ħajjitha waqt li kienet qiegħda tgħum f’Baħar iċ-Ċagħaq

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Blat l-Abjad fl-akwati ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 60 sena residenti s-Swieqi, sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum. Xi niesli kienu fil-viċin taw l-ewwel għajnuna u tellgħu lill-mara mill-baħar.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Sfortunatament hija kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u fetaħ Inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport