Sunday, June 14, 2026

Waterpolo: Barceloneta jirbħu ċ-Champions League wara stennija twila ta’ 12-il sena

Aqra wkoll

Barceloneta estendew is-sensiela ta’ rebħiet tagħhom għal 34 partita, sekwenza li laħqet il-qofol tagħha bir-rebħ taċ-Champions League wara stennija twila ta’ 12-il sena.

Wara li għelbu lid-detenturi tat-titlu Ferencvaros fis-semi-finali, huma għelbu lil Pro Recco bl-iskor strett 17-16 fil-finali li kien l-ogħla skor qatt reġistrat fl-istorja ta’ din il-finali, fejn ta’ nota huwa l-fatt li rkupraw minn minn żvantaġġ ta’ tliet gowls.

Din ir-rebħa fissret li f’temp ta’ 48 siegħa, huma għelbu lir-rebbieħa tas-sitt edizzjonijiet preċedenti, u b’hekk it-trijonf tagħhom kien wieħed ferm mistħoqq.

Aktar kmieni, il-midalja tal-bronż marret għand Fernecbavros, li wkoll urew reżiljenza kbira, fejn ġew lura minn żvantaġġ ta’ żewġ gowls u għelbu lil Olympiacos bl-iskor ta’ 16-13.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport