Wednesday, April 22, 2026

TTD tan-Nisa tal-waterpolo: Telfa ristretta għal Malta

Aqra wkoll

It-team nazzjonali Malti lbieraħ beda jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja II Diviżjoni tal-waterpolo tan-nisa, li qed issir fil-Pixxina tal-Kottonera, hekk kif beda l-impenji tiegħu meta ltaqa’ kontra l-Brażil u ħareġ tellief bl-iskor ristrett ta’ 11-10 (5-4, 2-3, 2-2, 1-2) wara l-wirja brillanti li pproduċa.

Kif jidher mill-iskors tas-sessjonijiet il- logħba kienet waħda ferm missielta fejn wara li l-Maltin rebħu l-ewwel waħda li pproduċiet disa’ goals, fit-tieni l-Brażiljani għamlu l-iskor indaqs, 7-7.

Fit-tielet sessjoni kollox baqa’ l-istess meta kull team skorja darbtejn u finalment l-aħħar sessjoni l-Brażil rebħuha 2-1 biex ħarġu rebbieħa b’differenza ta’ goal.

Minkejja t-telfa t-team Malti jinsab fit-tmien post meta sofra goal iktar milli skorja waqt li fuq nett hemm ir-Russja li skorjaw 33 u għandhom differenza ta’ +22

L-iskwadra ta’ Malta hija ffurmata minn dawn il-players: Alexia Amato, Elaya Montfort, Elisa Amato, Chloe Amato, Elena Borg, Martha Perici Ferrante, Kendra Navarro, Ella Miceli, Jensine Bugelli, Eyla Schembri, Francesca Paolella, Kaylen Cutajar, Bennett Bugelli u Marierose Tully.

Il-Maltin jerġgħu jkunu fl-azzjoni llum fis-7.30 pm ukoll meta l-avversarji jkunu s-Slovakkja.

Ir-riżutati kollha talbieraħ huma:

Ċina v Turkija 17-6 (4-0, 2-4, 5-2, 6-0); Portugall v Gran Britannja 13-10 (3-2, 2-2, 3-1, 2-5, Pens 3-0); Kazakhstan v Afrikat’Isfel 11-8 (1-0, 2-4, 4-1, 4-3); Russja v Arġentina 33-11 (8-4, 7-1, 7-4, 11-2); Kroazja v Slovakkja 23-3 (4-2, 5-0, 8-1, 6-0); Kanada v Ġermanja 10-7 (3-2, 2-1, 4-3, 1-1); Brażil v Malta 11-10 (5-4, 2-3, 2-2, 1-2).

Logħob għal-lum: 10.30 am Ċina v Arġentina; 12.00 pm Kanada v Brażil; 1.30 pm Gran Britannja v Singapore; 3.00 pm Afrika t’Isfel v Kroazja; 4.30 pm Portugall v Kazakhstan; 6.00 pm Russja v Ġermanja; 7.30 pm Malta v Slovakkja.

Ir-rebbieħa tat-tournament kif ukoll il-finalisti telliefa jgħaddu għas-Super Final li se jsiru mit-22 sas-26 ta’ Lulju f’Sydney, l-Awstralja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport