Wednesday, April 22, 2026

Il-Proġett tal-enerġija rinnovabbli mirriħ fuq il-baħar: ICM toħroġ tender għall-ġbir ta’ data dwar il-kundizzjonijiet tarriħ u tal-mewġ

Aqra wkoll

Interconnect Malta ħarġet sejħa pubblika għal tender għall‑ġbir ta’ data meteoroloġika u oċeanografika, li se tintuża għall-proġett tal-enerġija rinnovabbli mirriħ fuq il-baħar.

Stmat b’valur ta’ €3.6 miljun, dan it‑tender jifforma parti mill‑għan tal-Gvern ta’ Malta li jiddiversifika t‑taħlita ta’ enerġija rinnovabbli lokali u li, għall‑ewwel darba, il-pajjiż ikollu produzzjoni tal‑enerġija mir‑riħ.

Huwa meqjus li proġett ta’ din l‑iskala jipprovdi enerġija rinnovabbli ekwivalenti għal madwar 25% tad‑domanda totali tal‑elettriku ta’ Malta hekk kif kienet fl‑2025.

L‑istħarriġ se jiġbor informazzjoni speċifika għas‑sit, inklużi kejl tal-qawwa tar‑riħ, il‑kundizzjonijiet tal‑mewġ, u parametri ambjentali bħall‑attività tal‑għasafar u l‑friefet il‑lejl.

Din l‑informazzjoni se tippermetti lil żviluppaturi prospettivi jippreparaw proposti tekniċi u finanzjarji aktar realistiċi. Filwaqt li l‑valutazzjonijiet attwali huma bbażati fuq mudellar ta’ data, informazzjoni reali mis‑sit hija meħtieġa biex titnaqqas l‑inċertezza u jiġi żgurat li l‑proġett ikun jista’ jassigura finanzjament minn għand il-banek.

Minħabba n‑natura staġjonali tal‑kundizzjonijiet meteorologiċi u oceanografiiċ, id‑data se tinġabar fuq perjodu ta’ sentejn sabiex tinqabad il‑varjazzjoni staġjonali kollha u tittejjeb l‑affidabbiltà tad-data miġbura.

Ilproġett tal-floating wind farm huwa parti integrali millistrateġija usa’ tal-enerġija ta’ Malta għassnin li ġejjin u huwa wieħed minn diversi inizjattivi ewlenin li qegħdin nadottaw, bilħsieb li nappoġġjaw ittranżizzjoni tal-pajjiż lejn portofall ta’ produzzjoni sostenibbli,” qalet Dr Miriam Dalli, Ministru għall‑Ambjent, l‑Enerġija u l‑Indafa Pubblika.

Il‑maniġer tal‑ICM, l-inġinier Christian Spiteri, spjega li l‑istudju għall‑ġbir tad‑data se jitwettaq f’żewġ żoni potenzjali ghall-proġett fi ħdan iż‑Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Malta. “Dawn issiti ntgħażlu fuq ilbażi talfattibbiltà teknoloġika, kif ukoll ta’ konsiderazzjonijiet ambjentali u antropoġeniċi. Liżviluppaturi se jżommu lflessibbiltà li jagħżlu ssit preferut minn dawn iż-żewg żoni,” qal l‑Ing. Spiteri.

L‑istħarriġ se jitwettaq billi f’kull sit titpoġġa baga li żżomm f’wiċċ l-ilma, mgħammra b’apparat avvanzat, inkluż LiDAR (Light Detection and Ranging), li juża impulsi ta’ dawl bil‑laser biex ikejjel b’preċiżjoni għolja l‑veloċità u d‑direzzjoni tar‑riħ. Il‑bagi se jkunu ankrati b’mod sigur sabiex iżommu l‑pożizzjoni tagħhom taħt kundizzjonijiet tat‑temp varji matul il‑perjodu kollu ta’ sentejn. Il‑manutenzjoni, kif ukoll il‑ġbir u l‑analiżi tad‑data, huma inklużi parti minn dan it‑tender.

Dan ix‑xogħol jibni fuq stħarriġ marittimu preċedenti li sar minn Interconnect Malta biex tiġi mmappjata l‑batimetrija, il‑morfoloġija tal‑qiegħ tal‑baħar, u l‑karatteristiċi tal-qiegħ ta’ dawn iż‑żewġ żoni. Flimkien, dawn id‑datasets se jappoġġjaw disinn aktar preċiż tal‑proġett u stimi aħjar tal‑ispejjeż.

Dwar Interconnect Malta:


Imwaqqfa fl2021, Interconnect Malta Ltd (ICM) hija kumpanija talGvern taħt irresponsabbiltà talMinisteru għallAmbjent, lEnerġija u lIndafa Pubblika (MEEC). Ilkumpanija hija fdata bliżvilupp ta’ proġetti ewlenin ta’ infrastruttura enerġetika.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport