Saturday, December 21, 2024

Tuneżin deportat minn Malta wara li skonta sentenza ta’ 27 sena ħabs b’rabta ma’ omiċidju ta’ immigrant

Aqra wkoll

Hammadi Ben Abdallah Rumdani, raġel ta’ 65 sena mit-Tuneżija, ġie deportat minn Malta. Dan wara li skonta sentenza ta’ priġunerija marbuta ma’ omiċidju ta’ immigrant ieħor lura fl-2004.

Il-qtil imur lura għal Settembru tal-2004 fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi. Il-vittma kien ukoll Tuneżin, identifikat bħala Mohsen Ben Khedin Ben Ali. 

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif waqt argument bejniethom, Rumdani kien fera u qatel lil Ali li kien jgħix fl-istess diviżjoni miegħu. Huwa kien mixli li fl-istess sena,  kien daħal irregolarment f’pajjiżna, 

Rumdani ammetta bl-omiċidju u fl-2007 kien ingħata sentenza ta’ 28 sena ħabs. Wara li skonta s-sentenza huwa nħareġ mill-ħabs, lejn l-aħħar tas-sena 2023 u ttieħed fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi sakemm saru l-arranġamenti neċessarji sabiex jitkeċċa mill-pajjiż.

Ekonomija

Sport