Saturday, May 4, 2024

Turtle Island tispiċċa f’qiegħ il-baħar kawża tat-terremot

Aqra wkoll

Turtle Island, gżira li hija magħrufa sew bħala attrazzjoni turistika qrib it-Taiwan spiċċat f’qiegħ il-baħar wara t-terremot f’saħħtu li seħħ matul il-lejl li għadda.

S’issa fit-terremot l-aktar f’saħħtu f’dawn l-aħħar 25 sena fi Taiwan mietu 9 persuni u aktar minn 800 persuna oħra kellhom jiddaħlu l-isptar.

Bini għoli spiċċa ġġarraf kollu, inqata’ l-elettriku kollu tal-pajjiż u anke kien hemm valangi f’żoni remoti tal-gżira.

Filmati fuq il-midja soċjali juru tfal jiġu salvati minn bini li kien għadu kemm iġġarraf u anke bini ieħor li kien imminenti li jiġġarraf.

Uffiċjali ta’ Taroko National Park f’Hualien qalu li aktar minn 1,000 turist jinsabu maqbudin fil-muntanji u qegħdin jistennew lill-ħaddiema tas-salvataġġ biex imorru jsalvawhom.

Aktar minn hekk uffiċjali tal-salvataġġ qalu li fil-mina ta’ Dachingshui għad hemm mijiet ta’ persuni maqbudin fil-vetturi tagħhom u l-ħidma f’din iż-żona miexja ferm bil-mod minħabba periklu li l-mina tiġġarraf kollha. Saret ħsara kbira wkoll fuq il-linji tal-ferroviji u anke fi skejjel. Konsegwenza ta’ dan l-iskejjel ingħaqlu kollha u s-servizz tat-trasport bil-ferrovija ġie sospiż.

Sport