Il-Milied 2024 qiegħed magħna u għall-ħames sena konsekuttiva qed terġà titellgħa din il-wirja fl-okkażjoni tal-festi sbieħ tal-Milied. Din il-Wirja ttellgħet għall-ewwel darba fil-Milied tas-sena 2020 meta konna fl-eqqel tal-pandemija Covid-19 u ttellghet ukoll ghal tliet darbiet ohra fl-2021, meta konna għadna għaddejin bil-pandemija fl-2022 kif ukoll is-sena li għaddiet ġewwa l-foyer tal-Kunsill Lokali tal-Fgura.
Il-Wirja fil-beraħ
Xi ħaġa ġdida għal din is-sena ser tkun il-parteċipazzjoni tagħna fl-attivita “Il-Pjazza fil-Milied” imtellgħa mill-Kunsill Lokali tal-Fgura fejn uħud,mill-esebiti ser ikunu waqt din l-attivta permezz ta’ Wirja fil-beraħ.
Din ser titellà bejn l-14 u l-15 ta’ Diċembru. Permezz ta’ din il-wirja ser ikun hemm ukoll il-preżenza tal-presepju sabiex b’hekk din l-attività tkun iktar kompluta mal-programm kollhu ta’ attivitajiet li hemm imħejji matul dawn il-jumejn. Il-wirja ser issir fi Pjazza Reggie Miller biswit l-entratura tal-Knisja Parrokkjali tal-Fgura fi tmiem il-ġimgħa li ġej.
Il-Wirja Tradizzjonali
Il-wirja għal din is-sena bħas-soltu ser tkun tikkonsisti minn bosta statwetti kif ukoll bosta presepji statiċi u tradizzjonali b’settijiet ta’ pasturi differenti kif ukoll diversi Bambini li huma ta’ ġeneri differenti.
Qed tiġi esebita ukoll minjatura tal-purċissjoni tradizzjonali tal-Bambin li ssir nhar lejlet il-Milied u li tkun organizzata mis-Soċjetà tal-MUSEUM. Din il-minjatura tikkonsisti minn bosta figuri maħduma mit-tafal tradizzjonali Malti xogħol ta’ Pawlu Muscat. Fost il-figuri li fiha din il-minajtura hemm tfal, daqqaqa, reffiegħa tal-fanali u l-bambin merfugħ mir-reffiegħa flimkien ma’ San Ġorġ Preca nnisfu li kien hu li bedà din il-purċissjoni.
Qed jiġi esebiti wkoll settijiet ta’ pasturi antiki fosthom dawk maħduma mill-mibki Salvu Bonello fis-snin disgħin. Ix-xogħol Malti u dak tradizzjonali huwa ferm għall-qalbna, xogħol illi huwa apprezzat minn bosta. Ta’ nteress partikulari hija l-esebizzjoni ta’ santi antiki, liema santi ħafna minnhom imorru lura bosta snin huma atrazzjoni minħabba li ħafna minnhom huma kemmxejn rari.
Fost is-santi esebiti wieħed jistà jara waħda li tmur lura għall-1903. Dawn is-santi‘l biċċa l-kbira tagħhom juru x-xena tan-nattivita. Din il-wirja tradizzjonali din is-sena ser tkun mifruxa fuq iktar min xahar u ser tkopri żmien l-Avvent sal-Festa tal-Epifanija.
Ringrazzjamenti
L-organizzaturi ħadu din l-opportunita sabiex nirringrazzjaw lis-Sindku Clayton Portelli Cascun , lill-Kunsillier responsabbli Charles Bonello li dejjem emmen rihom u fl-organizzajoni ta’ dawn it-tip ta’ wirjiet , ’l Kunsilliera l’oħra kif ukoll l-istaff tal-Kunsill Lokali tal-Fgura li mhux biss qed joffru l-post imma talli wrew koperazzjoni kbira f’ dawn l-aħħar jiem sabiex il-wirja tkun tistà ssir.
Huma rringrazjaw ukoll lil dawk li għoġobhom iżuru din il-wirja. L-attedenza tal-pubbliku hija ta’ kuraġġ għall-orgganizaturi. Huma wasslu l-awgurju għall-festi t-tajba lil kulħadd!