Tuesday, April 8, 2025

U_ TALK: vuċi u spazju għall-opinjoni żagħżugħa

Aqra wkoll

Programm ġdid b’suġġetti varji diskussi miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ

Nhar il-Ħamis fid-8.45pm fuq ONE se jibda jxandar programm ġdid u innovattiv bl-isem ta’ U_Talk

Dan huwa programm li se jagħti spazju liż-żgħażagħ biex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar suġġetti varji. Ippreżentat minn żewġ żgħażagħ Trisianne Oliva u Karl Schembri li se jiddebuttaw fuq it-televiżjoni b’dan il-programm ġdid.

Kull ġimgħa, U_Talk se jħares lejn temi li jolqtu u jinteressaw liż-żgħażagħ bħalma huma s-social media, is-saħħa mentali, l-edukazzjoni, ir-relazzjonijiet, il-karrieri, fost oħrajn. Il-programm joffri format interattiv li jinkludi diskussjoni miftuħa, intervisti ma’ żgħażagħ attivi fi sferi varji tal-ħajja, kif ukoll interventi mill-udjenza b’mistoqsijiet u kummenti.

L-idea ta’ U_Talk nibtet minn grupp ta’ żgħażagħ li se jkunu mistiedna residenti biex jagħtu vuċi liż-żgħażagħ, fl-istess waqt li jiddiskutu b’rispett u serjetà suġġetti kurrenti li qed iseħħu madwarna u jinfluwenzaw ħajjitna. Il-programm hu mfassal biex jispira, jinvolvi u jsaħħaħ lill-ġenerazzjoni żagħżugħa, filwaqt li jservi ta’ pont għall-bidla soċjali pożittiva.

U_Talk mhux biss programm, imma pjattaforma ġdida għal djalogu ġenwin. Iż-żgħażagħ għandhom ħafna xi jgħidu – ejja nisimgħu x’għandhom xi jgħidu dwar dak li qed jiġri llum għax jaf jaffettwa d-deċiżjonijiet meħtieġa għal għada.

Segwu aġġornamenti spissi dwar il-programm fuq is-socials @u_talk

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport