Friday, May 3, 2024

UCL: Għajnejn kulħadd fuq Robert Lewandowski meta jirritorna fl-Allianz Arena

Aqra wkoll

Hekk kif illum u għada tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal- UEFA Champions League, l-attenzjoni prinċipali tkun mixħuta fl-Allianz Arena meta Bayern Munich jospitaw lil Barcelona li t-tnejn ġejjin minn rebħa. 

Dan il-konfront jispikka full kull logħba oħra meta se jara r-ritorn tal-attakkant internazzjonali Pollakk, Robert Lewandowksi, fil-ground tal-Bavarjani iżda din id-darba bil-flokk tal- Katalani.

Bla dubju, se jkun hemm emozzjonijiet imħallta fost il-partitarji fejn hemm li fosthom għadu jgawdi rispett u hemm min li għadu ma ħafirx lil dan il-player ta’ 34 sena li sforza biex iħalli l-club u jingħaqad ma’ dak Spanjol. Iżda f’dan it-trasfe­riment Bayern daħħlu xejn inqas minn €50 miljun.

Bħalissa Bayern ma tantx kellhom bidu tajjeb dan l-is­taġun u fl-aħħar logħba sfaw miżmuma minn Stuttgart bl-iskor ta’ 2-2.

Min-naħa l-oħra, Barcelona ġejjin minn rebħa 4-0 kontra Cadiz fil-kampjonat.

Partita oħra li se tiġbed l-attenzjoni hija dik ta’ Grupp A bejn Liverpool u Ajax fejn ir-Reds iridu jirriorganizzaw wara l-umiljazzjoni ta’ 4-1 għand Napoli.

Minn dak in-nhar huma ma lagħbux minħabba li l-Premier League ma ntlagħabx minħabba luttu għall-mewt tar-Reġina Eliżabetta II.

Peró huma għandhom lista ta’ players imweġġgħin li tinkludi lil Ibrahim Konate, Jordan Henderson, Calvin Ramsay, Curtis Jones, Naby Keita, Alex Oxlade Chamberlain, Caoimhín Kelleher u Fabio Carvalho.       

Minn Grupp C, Inter   imorru jilagħbu r-Rumanija fejn jiffaċċjaw lil Viktoria Plzen.

In-Nerazzurri jridu jir­kupraw it-telfa ta’ 2-0 f’darhom kontra Bayern Munich u għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisa l-kriterji tagħhom.

Huma se jkollhom nieqes lil Romelu Lukaku li qed jirkupra minn injury.

Team ieħor li rebħa għa­lih hija imperattiva huwa dak ta’ Juventus meta fi Grupp H jospita lil Benfica f’dik li hija meqjusa bħala partita diffiċli.

Il-Bianconeri sfaw megħ­luba fl-ewwel partita minn Paris St-Germain (2-1) u għaldaqstant ma jaffordjawx li jfallu l-punti speċjalment kontra t-team Portugiż li ġej minn rebħa ta’ 2-0 fuq Maccabi Haifa.

Il-Bianconeri għandhom bosta players neqsin li jinkludu lil Manuel Locatelli, Paul Pogba, Federico Chiesa, Wojciech Szczesny, Felix Correia, Kaio Jorge u Angel di Maria.

Minn Grupp E, l-eks manager  ta’ Brighton, Graham Potter, mistenni jagħ­mel id-debutt ma’ Chelsea wara li ħa post Thomas Tuchel li tkeċċa wara t-telfa ta’ 1-0 kontra Dinamo Zag­reb.

Il-Pensioners se jilqgħu lil Salzburg u ma jistgħu jfallu.

Il-partita bejn Rangers u Napoli li kienet skedata għal-lum, se tintlagħab għada minħabba nuqqas ta’ uffiċjali ta’ sigurtá li kienu utilizzati wara l-mewt tar- Reġina.

Sport