Real Madrid…………. 2
Bayern Munich……… 1
(Agg.: Real Madrid 4-3)
Real Madrid dawru telfa f’rebħa fit-tieni leg tas- semi-finali tal-UEFA Champions League biex għelbu lil Bayern Munich bl-iskor ta’ 2-1 u kkwalifikaw għall- finali b’aggregate ta’ 4-3.
B’hekk, fl-1 ta’ Ġunju, f’Wembley Stadium huma se jiltqgħu kontra Borussia Dortmund.
L-ewwel azzjoni perikoluża waslet fl-14-il minuta, minn Real Madrid meta f’attakk korali, Vinicius Jr laqat il-lasta u mir-rebound Rodrygo ra lill-goakeeper Manuel Neuer iwettaq save kbir biex evita goal ċert.
Fit-28 minuta, Bayern resqu ferm viċin meta Harry Kane venven xutt bid-dawra minn tarf il-kaxxa u bil-ballun deher dieħel fix-xibka ma’ sieq il-lasta, il-goalkeeper Andriy Lunin dawwar f’corner b’titjira spettakolari.
Fis-60 minuta, Neuer salva ġmiel ta’ free-kick ta’ Rodrygo u żewġ minuti wara l-istess Neuer salva b’diffikultá fuq Vinicius Jr.
Fit-68 minuta, Bayern fetħu l-iskor meta Harry Kane xeħet fit-tul lejn Alphonso Davies li daħal fil-kaxxa … dar ma’ Antonio Rudiger u b’xutt imdawwar xeħet il-ballun fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.
Fit-72 minuta, l-istess Alphonso Davies ikkommetta auto-goal iżda ġie mħassar għal foul ta’ Nacho fuq Joshua Kimmich.
Madankollu żewġ minuti mit-tmiem, Real kisbu d-draw meta Joselu approfitta minn żball ta’ Manuel Neuer li ma żammx ix-xutt ta’ Vinicius Jr.
U proprju fit-92 minuta huma kisbu l-goal tar-rebħa meta Antonio Rudiger xeħet cross fil-baxx biex l-istess Joselu sammar il-ballun fix- xibka.