Wednesday, November 4, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Rebħa konvinċenti minn Barcelona fuq Aston Villa

UEFA Champions League: Rebħa konvinċenti minn Barcelona fuq Aston Villa

0
50

Barcelona rritornaw għar-rebħ fiċ-Champions League meta għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 3-0.

Lamine Yamal fetaħ l-iskor wara seba’ minuti, filwaqt li Raphinha rdoppja l-vantaġġ fil-bidu tat-tieni taqsima qabel ma ssiġilla r-rebħa bit-tielet goal wara azzjoni ta’ Joao Cancelo. 

Aston Villa ftit li xejn setgħu joffru reżistenza kontra s-saħħa tal-Katalani. B’dan is-suċċess, Barcelona temmew is-sensiela ta’ sitt rebħiet konsekuttivi tal-Villa fl-Ewropa u żammew l-ewwel clean sheet tagħhom fiċ-Champions League wara 19-il partita.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here