Wednesday, November 4, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Bayern Munich jegħlbu lil Atletico Madrid b’żewġ goals fit-tieni...

UEFA Champions League: Bayern Munich jegħlbu lil Atletico Madrid b’żewġ goals fit-tieni taqsima

0
40

Bayern Munich kisbu rebħa ta’ 2-0 barra minn darhom kontra Atletico Madrid, biex temmew is-sensiela ta’ disa’ logħbiet mingħajr telfa tat-team Spanjol. 

Wara taqsima mingħajr goals, iż-żagħżugħ Lennart Karl (54) fetaħ l-iskor b’konklużjoni mill-aqwa, qabel ma Konrad Laimer (74) irdoppja l-vantaġġ wara azzjoni mibdija minn Harry Kane. 

Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Bayern fi Spanja kontra Atletico Madrid, li min-naħa tagħhom komplew jiddiżappuntaw fiċ-Champions League, hekk kif rebħu biss waħda mill-ewwel erba’ logħbiet tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here