Waqt logħba mill-Kampjonat Nazzjonali tas-Snooker ta’ CE Installations Premier League, Brian Cini wettaq l-ewwel 147 li qatt ġie irreġistrat f’Malta waqt kompetizzjoni.
Huwa kien qed jilgħab kontra Ivan Attard fejn li Cini rebaħ 4-1. Il-break massimu wettqu waqt il-ħames u l-aħħar frame tal-konfront. Aktar kmieni fl-istess logħba Cini għamel breaks ta’ 70 punt u 86 punt.
Il-punteġġi tal-ħames frames li ntlagħabu spiċċaw b’dawn l-iskors, 75-19, 83-15, 86-1 u 147-0 li bla dubju ser jibqa’ wieħed mill-aktar frames importanti li qatt intlagħabu fl-Akkademja tas-Snooker l-Ħamrun. Dan żġur ser ikun mument li jitniżżel fl-istorja tas-Snooker Malti u tal-Malta Billiards & Snooker Association.




