Il-plejer internazzjonali Malti, Ilyas Chouaref, skorja l-goal tad-draw għat-tim Zvizzeru ta’ Sion u għamel l-iskor 2-2 fl-Ewwel Leg tat-Tielet Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni mill-kompetizzjoni tal-UEFA Conference League kontra Noah, ġewwa l-Armenja f’partita kkontrollata mir-referi internazzjonali, Malti Matthew Degabriele, megħjun mill-assistenti referis Jurgen Spitsr u Mitchell Scerri, u r-raba’ ufficjal Alex Johnson.
Noah marru fil-vantaġġ wara biss 5 minuti permezz ta’ penalty skorjat minn Helder Ferreira iżda Sion gabu d-draw permezz ta’ Winsley Boteli fit-13-il minuta.
Noah reġgħu marru temporanjament fil-vantaġġ permezz ta’ Gor Manvelyan fl-20 minuta, sakemm Ilyas Chouaref għamel l-iskor indaqs fis-57 minuta.
F’partita kumbattuta ż-żewġ timijiet spiċċaw il-partita bi player inqas wara li r-referi Degabriele keċċa lid-difensur laterali Żvizzeru, Nias Hefti, fis-26 minuta u lid-difensur Armen, Stone Mambo, fil-65 minuta




