Uffiċjal Korrettiv iwaqqaf raġel li allegatament kien qed jisraq minn vetturi f’Ħal Qormi

0
683

Ufficjal Korrettiv li kien għadu kif spiċċa mix-xogħol u fi triqtu lejn id-dar innota persuna suspettata li qed twettaq reat.

Il-każ seħħ ilbieraħ fil-lokalità ta’ Ħal Qormi fejn il-persuna suspettata allegatament kienet qed tisraq minn diversi vetturi. 

It-taqsima tal-Forzi Dixxiplianti fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU) qalet li issa l-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija.

Il-GWU rringrazzjat lill-Uffiċjal Korrettiv konċernat għall-intervent tiegħu biex ikollna soċjetà aktar sigura.