Monday, August 31, 2026
Home Sport US Open: John McEnroe kkritikat wara kummenti dwar Navone li għeleb lil...

US Open: John McEnroe kkritikat wara kummenti dwar Navone li għeleb lil Djokovic

0
62

John McEnroe ġie kkritikat minn diversi partitarji tat-tennis wara kummenti dwar Mariano Navone, li għeleb lil Novak Djokovic fl-ewwel round tal-US Open. 

Navone kiseb l-akbar rebħa tal-karriera tiegħu, meta għeleb lir-rebbieħ ta’ 24 Grand Slams, f’ħames sets. Djokovic kellu problemi fiżiċi serji u saħansitra rremetta waqt il-logħba.

McEnroe ċċajta li Navone kien se jilgħab it-tieni round fuq “Court 21”, minkejja li l-US Open m’għandux court b’dan in-numru.

Il-kumment kien maħsub biex jenfasizza d-differenza fil-popolarità bejn iż-żewġ players, iżda xi partitarji qiesuh bħala diżrispett lejn Navone.

Ir-rebħa ta’ Navone kienet waħda mill-akbar sorpriżi fl-istorja riċenti tal-US Open. Djokovic qatt ma tilef fl-ewwel round ta’ Grand Slam mill-2006 u qatt qabel ma kien ġie eliminat fl-ewwel round fi New York.

Wara l-logħba, Djokovic żvela li problemi bħal remettar, bugħawwieġ u uġigħ fil-ġisem affettwawh matul is-sena kollha. 

It-telfa temmet it-tentattiv tiegħu li jirbaħ rekord ta’ 25 titlu tal-Grand Slam.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here