Monday, July 13, 2026
Home Sport Valletta FC jikkonfermaw li Thomas Melillo se jingħaqad ma’ Zabbar St. Patrick...

Valletta FC jikkonfermaw li Thomas Melillo se jingħaqad ma’ Zabbar St. Patrick FC b’self għall-istaġun 2026/27

0
8

Valletta FC ikkonfermaw li Thomas Melillo se jingħaqad ma’ Zabbar St. Patrick FC b’self għall-istaġun 2026/27.

Dan il-pass jifforma parti mill-iżvilupp kontinwu ta’ Thomas bħala plauer żagħżugħ u se jipprovdilu l-opportunità li jikseb esperjenza siewja fil-futbol tal-kbar.

Fi stqarrija, Valletta Fc qalu li Thomas jibqa’ parti importanti mill-pjanijiet fit-tul tal-Klabb u se jkunu qed isegwu l-progress tiegħu mill-qrib matul l-istaġun.

Huma komplew li qed jistennew bil-ħerqa li jilqgħu lil Thomas lura ma’ Valletta FC fl-istaġun sussegwenti b’sena oħra ta’ esperjenza, lest biex jieħu l-pass li jmiss fl-iżvilupp tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here