Thursday, June 25, 2026

Neptunes jirbħu t-Tazza tal-President għat-tieni sena konsekuttiva u l-11-il darba fl-istorja

Aqra wkoll

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN….. 10

NEPTUNES BEST GYMS………. 15

(3-6, 3-5, 0-2, 4-2)

B’wirja mill-aqwa, Neptunes għelbu lill-ġirien izda rivali eterni lSan Ġiljan bl-iskor ta’ 15-10 biex rebħu t-Tazza tal-President għat-tieni sena konsekuttiva u l-11-il darba fl-istorja.

B’dan ir-riżultat, Neptunes, San Ġiljan u Sirens spiċċaw b’sitt punti iżda Neptunes kellhom differenza ta’ gowls aħjar fil-konfronti diretti wara li kulħadd rebaħ logħba kontra xulxin.

B’hekk Neptunes wettqu double fuq San Ġiljan wara li fil-jiem li għaddew kienu rebħu wkoll l-IsportMalta Cup meta għelbu lis-Saints wara l-għoti tal-penalties.

Neptunes rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet bl-iskors rispettivi ta’ 6-3, 5-3, 2-0, bil-Ġiljaniżi jwettqu reazzjoni tard wisq fil-partita, meta rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 4-2.

Għal Neptunes irritorna l-captain Stevie Camilleri li kellu partita mill-aqwa fejn skorja xejn inqas minn sitt goals, u għamel id-debutt għalihom Marco Zuvela. Dan filwaqt li għal San Ġiljan kien hemm nieqes Jeremy Abela filwaqt li ddebutta għalihom Jake Muscat, biex b’hekk lagħab propju kontra l-eks tim tiegħu.

Għal San Ġiljan skorjaw doppjetta kull wieħed, il-captain Stevie Camilleri, Russell Caruana u Alec Fnech, bil-goals l-oħra għalihom jaslu minn Ben Plumpton, Darren Zammit u Jake Muscat.

Fi tmiem il-logħba, il-president tal-ASA Karl Izzo akkumpanjat miċ-Chairperson tal-Malta Community Chest Fund Foundation Sina Bugeja ppreżentaw it-trofew lill-captain Stevie Camilleri.

San Ġiljan: J. Tanti, J. Muscat (1), N. Schiavone, R. Caruana (2), M. Zammit (2), J. Bonavia, B. Plumpton (1), J. Abela, N. Zammit, D. Zammit (1), A. Fenech (2), A. Muscat, L. Dimech, D. Bugeja

Neptunes: M. Castillo, M. Lanzon, S. Gialanze (2), L. Mallia (2), J. Camilleri (1), J. Valletta, S. Camilleri (6), M. Castillo (1), M. Azzopardi, J. Bajada (2), A. Fava, M. Zuvela (1), M. Rossi, H. Shramm, C. Reeves

Referees: Massimo Angileri, Mattia Gomez

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport