Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Sirens ikomplu jikkonfermaw il-qawwa tagħhom b’rebħa fuq Sliema

Sirens ikomplu jikkonfermaw il-qawwa tagħhom b’rebħa fuq Sliema

0
11
Ritratt: Mark Mangion

SLIEMA NEXAWIN………….. 13

SIRENS BUILD FITNESS…… 19

(5-6, 2-5, 3-5, 3-3)

Sirens komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom f’din l-edizzjoni tat-Tazza tal-President b’rebħa meritata ta’ 19-13 fuq Sliema.

B’hekk, Sirens, spiċċaw din il-kompetizzjoni b’punti ndaqs daqs Neptunes u San Ġiljan jiġifieri sitt punti iżda fl-aħħar mill-aħħar Neptunes xorta waħda kienu huma li rebħu din il-kompetizzjoni minħabba li kellhom differenza ta’ goals aħjar fil-konfronti diretti wara li kulħadd rebaħ logħba kontra xulxin.

Sirens rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet bl-iskors rispettivi ta’ 6-5, 5-2 u 5-3, bl-aħħar sessjoni tintemm f’paritá ta’ 3-3.

Għal Sirens kompla jispikka ferm il-player Ungeriż Daniel Angyal li kien l-aqwa skorer għalihom b’xejn inqas minn tmien goals, filwaqt li għal Sliema, l-aqwa skorer kien is-solitu player Spanjol, Alberto Barroso, li rreġistra poker personali.

Sliema: B. Busuttil, A. Barroso (4), L. Galea, J. Gambin, J. Cassar (1), B. Cachia (2), J. Cutajar, D. Rizzo, E. Schembri (1), J. Cachia (1), J. Chircop (1), D. Zammit (2), M. Bonello DuPuis, S. Engerer (1), S. Busuttil

Sirens: N. Grixti, D. Angyal (8), A. Galea, G. Pace, J. Zerafa Gregory (1), K. Agius, M. Ortoleva, I. Riolo (3), P. Serracino, M. Sciberras, Z. Mizzi (4), G. Farrugia, I. Farrugia, M. Mifsud (3), A. Dimech

Referees: William Isaja, Stefan Licari

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here