Monday, July 13, 2026
Home Sport Valletta FC Women ikomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom bl-akkwist ta’ Brenda Borg

Valletta FC Women ikomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom bl-akkwist ta’ Brenda Borg

0
9

Valletta FC Women komplew isaħħu l-iskwadra tagħhom bl-akkwist ta’ Brenda Borg.

Fi stqarrija, Valletta, qalu li jinsabu kuntenti li qed iżidu player oħra fl-iskwadra b’talent li jirrifletti l-ambizzjoni, l-impenn u l-passjoni tagħhom għall-futbol tan-nisa.

Brenda, player b’esperjenza fit-Tim Nazzjonali Malti tan-Nisa, iġġib kwalità, tmexxija u intensità fl-iskwadra. Billi topera prinċipalment bħala midfielder offensiva, hija player teknika ħafna, preċiża fi spazji stretti u perikoluża fl-attakk.

Brenda b’saħħitha, ħabrieka u mentalment reżiljenti, tiffjorixxi taħt pressjoni, filwaqt li l-moviment intelliġenti tagħha u l-għarfien tattiku tagħha jagħmluha theddida kostanti fl-attakk. Hija player lesta li tħalli impatt ma’ kull skwadra li timmilita fiha.

Hija akkwist ewlieni għal Valletta FC hekk kif huma qed ikomplu jsaħħu t-tim tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here