Sunday, December 22, 2024

“Vendetta Politika”

- L-eks Prim Ministru Dr Joseph Muscat

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet l-eks Prim Ministru Joseph Muscat qal li dak li ġie kkonfermat illum fil-fehma tiegħu hi konferma ta’ vendetta politika b’timing politlu. “Ġrat l-ironija seba’ snin eżatt wara l-kwistjoni ta’ Egrant fejn dakinhar kienu gibdu fuqi u fuq il-familja tiegħi,” sostna l-eks Prim Ministru Muscat.

Hu kompla jgħid li flimkien ma’ familtu se jgħaddu minn sentejn ta’ martirju u fl-aħħar mill-aħħar se jiġi pprovat li kellna raġun u m’għandix dubju dwar dan.

“Għalhekk ninsab kalm ħafna… Konvint dak li għamilt b’dak li m’għmiltx u m’għandi l-ebda dwejjaq mill-ebda tip ta’ skrutinju li jkun fair u jfittex il-ġustizzja u mhux vendetta,” kompla jgħid Joseph Muscat.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet Dr Muscat kompla jgħid li “ġejna f’sitwazzjoni fejn wara ħames snin, u ntefqu miljuni fuq konsulenzi, il-Maġistrat Inkwerenti li kontriha personali m’għandi xejn għażlet il-ġurnata tal-ftuħ tan-nomini tal-elezzjonijiet tal-PE kif ukoll il-ġurnata li fiha l-Imħallef Grixti qal illi jew indika li kien lest jieħu passi jekk dawn dokumenti importanti ma jiġux prodott biex kumbinazzjoni dakinhar tagħlaq l-inkjesta tagħha.”

Dr Muscat saħaq li nnota dak li qalet l-Għaqda Repubblika ftit tal-ħin ilu li jixtiequ li l-konklużjonijiet ikunu pubbliċi minn dak li jgħidu li ilhom jafu. Fl-istess ħin l-eks Prim Ministru qal li Repubblika għamlet reżistenza sħiħa biex tippubblika kwarta waħda li l-pubblikazzjonijiet tagħha turi li l-proċess kollu li sar mill-Maġistrat kien wieħed ivvizzjat.

Dr Muscat kompla jgħid li din hija vendetta politika fil-konfront tal-pajjiż. Dan għaliex li l-għan tagħha huwa li jiġġamjaw Gvern milli jkompli jaħdem u tipprova tiddevja l-attenzjoni minn kwistjonijiet kbar li l-Gvern qed jaħdem fuqhom.

L-eks Prim Ministru qal li hu konvint li għandu raġun u se jkompli jiġġieled anke waħdu biex juri dak ir-raġun. “M’għandi l-ebda problema li jkun hemm skrutinju ġust…” kompla jisħaq Dr Muscat.

Il-kelliem qal li jird jara li min ivvinta u min ivvendika jrid jerfa’ r-responsabbilita. “Kif għetilkom seba’ snin ilu kien hemm il-kwistjoni ta’ Egrant u wara ġie ppruvat li ġew iffalsifikati firen u dwar dan kważi ma ġara xejn… Persuna vvintat din l-istorja bl-iskuza li hija whisteelblower”.

Dr Muscat jagħmel twissja lil min hu għaddej b’din il-kampanja kontrih. “Se nibqa’ nara li min għamel din il-vendikazzjoni sempliċiment għax ma jaqbilx miegħi politikament u pprova jiġġamja l-pajjiż ikun qed iwieġeb għal dan kollu…” temm jgħid Dr Muscat.

Ekonomija

Sport