Monday, May 13, 2024

Vincenzo Potenza jirriżenja minn kowċ ta’ Valletta FC

Aqra wkoll

Valletta FC ħabbru li l-kowċ Taljan Vincenzo Potenza ta r-riżenja tiegħu. Huwa kien ħa post Thane Micallef f’Ottubru li għadda iżda l-ħatra tiegħu naqset li ddawwar il-fortuni tal-klabb.

Fil-fatt Valletta bħalissa jinsabu t-tielet mill-qiegħ tal-klassifika.

L-Assistent Coach Juan Cruz Gill se jkun qed jieħu f’idejh it-tim assistit mid-Direttur Tekniku Jesmond Zerafa li nħatar dan l-aħħar.

Vincenzo Potenza wasal Malta fl-2018, u mexxa lil Senglea Athletic fil-kampanja tagħhom tal-Premier League u l-istaġun ta’ wara, ingħaqad ma’ Floriana li magħhom rebaħ it-titlu fl-ewwel tentattiv tiegħu. Madankollu, fl-istaġun ta’ wara, huwa rriżenja f’Diċembru 2020 iżda reġa’ ġie appuntat bħala kowċ xahrejn wara. Potenza qatta’ l-istaġun 2021/22 mal-Marsa fiċ-Challenge League filwaqt li l-istaġun li għadda, ingħaqad ma’ Santa Lucia f’Novembru, u wassalhom biex jassiguraw l-istatus tagħhom tal-Premier League.

Qabel wasal Malta, huwa mexxa lil Puteolana, Arzanese, Albanova u Turris fl-Italja.

Sport