Monday, May 13, 2024

Waqt “Sempre Vivo” fix-Xagħra jinġabru aktar minn 20,000 ewro b’risq Puttinu

Aqra wkoll

Waqt il-kunċert “Sempre Vivo” li sar fix-Xagħra Għawdex inġabru aktar minn 20,000 ewro b’risq Puttinu Cares.

L-organizzaturi qasmu din l-aħbar fejn esprimew is-sodisfazzjoni tagħhom għal ammont kbir ta’ persuni li attendew għal dan il-kunċert.

Il-Kunċert “Sempre Vivo” jkun organizzat kull sena “mill-Karus l-Aħmar” li twaqqaf biex ifakkar apposta biex ifakkar il-memorja ta’ Geordie Muscat li kien miet f’Awwissu tal-2021 wara li tilef il-battalja mal-kanċer. Grupp ta’ persuni mix-Xagħra huma determinati li jibqgħu jfakkru lil dan il-ġuvni u għalhekk għat-tieni sena konsekuttiva reġgħu organizzaw il-kunċert “Sempre Vivo”.

Sport