Thursday, May 16, 2024

Wara 4,600 kunċert Elton John isellem lil ammiraturi fl-aħħar wirja tiegħu

Aqra wkoll

Il-kantant leġġenda Elton John ilbieraħ filgħaxija sellem lil ammiraturi tiegħu hekk kif temm l-aħħar kunċert minn sensiela biex b’hekk jidher li se jkun qiegħed itemm il-karriera tiegħu.

Hu qal li l-ammiraturi tiegħu se jibqgħu għal dejjem f’qalbu waqt li temm l-aħħar kunċert tiegħu fi Stockholm fil-kanzunetta Goodbye Yellow Brick Road.

Elton John li għandu 75 sena rebaħ ħames Grammy awards fuq karriera ta’ 50 sena fejn ta aktar minn 4,600 kunċert madwar id-dinja.

Il-kantant sellem lil banda tiegħu fejn qal li “dawn huma nies inkredibbli… huma l-aqwa… ngħidilkom dawn l-aqwa fid-dinja.”

L-aħħar tour tiegħu beda fl-Amerika fl-2018 u ntemm ilbieraħ b’eluf kbar jattendu għal aħħar kunċert.

Waqt dan it-tour daqq għal aktar minn 6 miljun persuna fejn wieħed mill-akbar kunċerti li kellu sar ix-xahar li għadda waqt il-festival Glastonbury.

Sport