Sunday, November 24, 2024

WasteServ tirċievi tlett offerti għall-proġett tal-Waste-to-Energy

Aqra wkoll

Il-proċess tal-akkwist għall-faċilità tal-waste-to-energy laħaq stadju importanti ieħor hekk kif tlett konsorzji issottomettu l-aqwa offerti finali tagħhom biex jibnu u joperaw l-impjant għal 20 sena. Issa se jkun qed jibda l-proċess tal-evalwazzjoni b’WasteServ timmira li tikkonkludi l-kuntratti mal-offerent rakkomandat qabel tmiem is-sena.

Hitachi Zosen Inova AG – Terna S.A., FCC Medioambiente Internacional S.L.U, u Paprec Energies International-BBL Malta issottomettu l-offerti tagħhom, bl-offerti jvarjaw minn €599,659,900 sa €781,512,463 u jkopru l-kostruzzjoni u l-operat għal għoxrin sena.

Kif tħabbar qabel, is-sit fejn ġej il-proġett diġà ġie skavat u ppreparat sabiex il-proġett ikun implementat fil-ħin.

Ladarba jiġi ffirmat il-kuntratt mal-offerent rakkomandat huwa mistenni li l-kuntrattur jibda bix-xogħol tal-konkos fuq il-bunker tal-iskart li għalih diġà nħareġ il-permess għall-iżvilupp.

Il-faċilità tal-waste-to-energy se tkun qed tipproċessa 192,000 tunnellata ta’ skart mhux riċiklabbli fis-sena, liema skart se jiġi kkonvertit f’enerġija ħadra. Dan l-impjant, flimkien mal-impjanti l-ġodda tal-ipproċessar tal-iskart organiku, l-faċilità tal-irkupru tal-materjali, l-Skip Management Facility, u Faċilità tal-Inċineratur (Thermal Treatment Facility) se jkunu qed jippermettu lil Malta timxi għal ekonomija ċirkolari fil-settur tal-immaniġġjar tal-iskart.

Sport