BIRZEBBUGA…………………….. 23
M’SKALA FISH AND FISH…….. 19
(7-3, 3-7, 8-2, 5-7)
Birzebbuga reġgħu lura waħedhom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni meta għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 23-19.
Birżebbuga rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 7-2, iżda fit-tieni sessjoni l-Iskalin wettqu reazzjoni mill-aqwa u ironikament rebħuha bl-istess skor li bih Birzebbuga trijonfaw fl-ewwel sessjoni, jiġifieri dak ta’ 7-3. Birżebbuga rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 8-2, b’Marsaskala jittrijonfaw fl-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 7-5.
Għal Birzebbugia l-aqwa skorers kienu Jake Ciantar u Marko Radulovic b’sitt goals kull wieħed, filwaqt li għal Marsaskala spikka l-player Dimou b’ħames goals.
Birzebbuga: M. Sladden, N. Bugelli, M. Cassar, J. Abdilla, J. Ciantar (6), B. Grech, M. Radulovic (6), A. Aquilina, D. Farrugia, M. Cutajar (3), M. Aquilina (5), M. Curmi, S. Livori, L. Axisa, R. Bugelli (3)
Marsaskala: L. Gatt, D. Ciantar, T. Fenech (4), J. Pace Mizzi (2), J. Simpson (1), M. Soler, C.J. Saliba (2), N. Rizzo, J. Brownrigg (1), M. Mannino (3), D. Dimou (5), Z. Dzanovic, P. Tabone (1), T. Camilleri
Referees: Neville Mercieca, Michele Campora




