Sunday, May 5, 2024

Waterpolo: Neptunes jirbħu d-Derby tal-Balluta u jagħtu l-ewwel telfa lil San Ġiljan

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Neptunes……………….10

San Ġiljan………………7

(3-3, 3-1, 2-1, 2-2)

Permezz ta’ wirja ferm konvinċenti, Neptunes rebħu d-derby tal-Balluta meta għelbu lill-ġirien u rivali eterni ta’ San Ġiljan bl-iskor ta’ 10-7. B’hekk Neptunes żammew ir-rekord tagħhom intatt f’dan l-istaġun hekk kif rebħu l-partiti kollha waqt li taw l-ewwel telfa lil San Ġiljan fil-kampjonat.

Għal Neptunes spikkaw ferm il-captain Stevie Camilleri u ż-żagħżugħ Jake Muscat li rreġistraw poker kull wieħed, waqt li għal San Ġiljan, l-aqwa skorers kienu Nikolai Zammit u Ben Plumpton, li skorjaw żewġ goals.

Fl-ewwel sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 3-3, bil-goals għal Neptunes jaslu minn Michael Spiteri Staines, Stevie Camilleri minn penalty u Jake Muscat. Dan filwaqt li Peter Borg minn man-up wara li tkeċċa Mark Castillo, Ben Plumpton u Nikolai Zammit minn penalty wieġbu għall-Ġiljaniżi.

Neptunes rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers ikunu Stevie Camilleri u Jake Muscat (2) biż-żewġ goals għalih jaslu minn man-up, l-ewwel wara li tkeċċa Darren Zammit u mbagħad meta tkeċċa il-captain tas-Saints, Matthew Zammit.

Neptunes ittrijonfaw ukoll fit-tielet sessjoni din id-darba b’punteġġ ta’ 2-1, bi Stevie Camilleri jirreġistra doppjetta personali, bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty u tieni minn man-up wara li tkeċċa Matthew Zammit. Ben Plumpton skorja l-uniku goal għal San Ġiljan.

L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 2-2, bl-iskorers ta’ Neptunes ikunu Alec Fenech u Jake Muscat minn penalty, waqt li Nikolai Zammit minn penalty u Nicholas Bugelli minn man-up wara li tkeċċa Stevie Camilleri, irrispondew għal San Ġiljan.

Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (4), 3-Sam Gialanze, 4-Gabriel Pace, 5-Jake Cachia, 6-James Spiteri Staines, 7-Stevie Camilleri (4), 8-Jordan Camilleri, 9-Jeremy Abela, 10-Michael Spiteri Staines (1), 11-Alec Fenech (1), 12-Mark Castillo Coach: Jovan Popovic

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg (1), 3-Andreas Galea, 4-Nico Schiavone, 5-Russell Caruana, 6-Matthew Zammit, 7-Ben Plumpton (2), 8-Daniel Tully, 9-Jake Bonavia, 10-Nikolai Zammit (2), 11-Darren Zammit (1), 12-Nicholas Bugelli (1), 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva, 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic

Referees: Giuseppe Fusco, Peter Balzan

Sport