Sunday, July 19, 2026
Home Sport Waterpolo: San Ġiljan jirritornaw għar-rebħ bil-kbir

Waterpolo: San Ġiljan jirritornaw għar-rebħ bil-kbir

0
5
ritratt: Mark Mangion

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN……27

EXILES WELBEE’S…………….. 15

(6-4, 6-3, 8-4, 7-4)

Wara tliet telfiet konsekuttivi, kienet imperattiva reazzjoni mmedjata minn San Ġiljan u din waslet bil-kbir  meta għelbu lil Exiles bl-iskor ta’27-15.  U dan għalkemm għal darb’oħra reġgħu kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-erba’ players sospiżi, Jake Tanti, Jake Bonavia, Ben Plumpton u Jeremy Abela.

Is-Saints għamlu l-‘en plain’ meta rebħu s-sessjonijiet kollha bl-iskors rispettivi ta’ 6-4, 6-3, 8-4 u 7-4.

Għal San Ġiljan spikkaw ferm il-Kroat Marinic-Kragic u Nikolai Zammit li skorjaw ħames goals kull wieħed, waqt li għal Exiles l-aqwa skorer kien Kostantin Averka li wkoll irreġistra ħames goals fuq ismu.

San Ġiljan: K. Manara, J. Muscat (4), J. Marinic-Kragic (5), N. Schiavone (1), R. Caruana (2), M. Zammit, R. Gauci, N. Grech, G. Borg, N. Zammit (5), D. Zammit (4), A. Fenech (3), A. Muscat, L. Dimech (2), D. Bugeja (1)

Exiles: A. Borg Cole, D. Zahra (1), Z. Micallef, M. Naudi, M. Martellacci, F. Scardino (1), M. Fenech (2), K. Griscti (2), K. Averka (5), K. Tanti (3), K. Navarro, N. Bonavia (1), M. Brimmer, M. Paris Roding, G. Schembri

Referees: Massimo Angileri, Michele Campora

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here