Sunday, December 22, 2024

Waterpolo tal-LEN: Malta ttemm fil-15-il post wara l-għoti tal-penalties

Aqra wkoll

Iżrael……………….12

Malta……………….12

(4-4, 3-1, 2-2, 3-5) – (4-5)

(16-17 wara l-għoti tal-penalties)

Malta temmet fil-15-il post tal-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo meta għelbet lill-Iżrael bl-iskor ta’ 17-16 wara l-għoti tal-penalties. B’hekk il-Maltin kisbu double fuq l-Iżrael wara li kienu diġá għelbuhom fil-fażi tal-gruppi.

Għall-Maltin spikka ferm iż-żagħżugħ ta’ 20 sena, Jake Muscat li rriżulta bħala mexxej fl-ilma għall-Maltin, u skorja xejn inqas minn tmien goals.

Fl-ewwel sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk din intemmet fi draw ta’ 4-4, bil-goals għall-Iżraeliti jaslu minn Ido Goldscmidt, Or Schlein, Ronen Gros u Yuwal Klarfeld. Għall-Maltin wieġeb il-player li kellu logħba mill-aqwa Jake Muscat permezz ta’ poker persoanli, bit-tielet u r-raba’ goal għalih jaslu minn penalty. Ta’ nota huwa l-fatt li lejn tmiem din is-sessjoni tkeċċa l-player Tal Fotin għall-Iżrael permezz ta’ brutality, liema player reġa’ daħal jilgħab fit-tieni sessjoni wara li kien barra mill-ilma għal erba’ minuti.

L-Iżrael rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers għalihom ikunu Or Schlein; Ronen Gros u Yoav Rendler. Jayden Cutajar skorja l-uniku goal għall-Maltin. Rimarkabbli huwa l-fatt li lejn nofs din is-sessjoni, Liam Galea falla penaty għal pajjiżna hekk kif it-tenttaiv tiegħu minn distanza ta’ ħames metri stampa mal-mimduda.

It-tieliet sessjoni ntemmet fi draw ta’ 2-2, b’Jake Bonavia u s-solitu Jake Muscat isibu x-xbka għall-Maltin, waqt li Tai Fotin u Ido Goldschmidt minn penalty wieġbu għall-Iżraeliti.

Iżda Malta wettqet reazzjoni mill-aqwa u rebħet l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-3, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Jake Muscat, Jake Cachia, Jayden Cutajar, Liam Galea u Jake Bonavia. Vlad Begin (2) u Ido Goldschmidt irrispondew għall-Iżrael.

Izrael: 1-Elai Ben Gal Chalutz, 2-Vlad Begin (2), 3-Ronen Gros (2), 4-Ori Buzaglo, 5-Yahav Fire, 6-Tal Fotin (1), 7-Ido Goldschmidt (4), 8-Tom Grundlyand, 9-Kay Halevy, 10-Yuval Klarfeld (1), 11-Dor Koter, 12-Yoav Rendler (2), 13-Itai Roth (2), 14-Or Schlein (2), 15-Maxim Smirnov

Malta: 1-Jake Tanti, 2-Gianni Farrugia, 3-Liam Galea (2), 4-Mark Castillo, 5-Jake Cachia (1), 6-Jake Bonavia (2), 7-Jake Muscat (8), 8-Jayden Cutajar (3), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (1), 11-Darren Zammit, 12-Matthias Azzopardi, 13-Benji Busuttil Coach: Milan Cirovic

Ekonomija

Sport