Wara t-telfa ta’ 18-12 kontra l-Olanda nhar it-Tnejn, waslet l-ewwel rebħa għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt l-20 sena fil-Kampjonati Ewropej meta għeleb liċ-Czechia bl-iskor kbir ta’ 19-6.
Għall-Maltin spikka ferm Jayden Cutajar li skorja ħames goals, b’Elijah Schembri jirreġistra hat-trick personali.
Malta ttemm l-impenji tagħga għada l-Erbgħa f’partita kontra r-Rumanija.




