Sunday, May 5, 2024

Welldet f’nofs festin u ħadd ma nduna

Aqra wkoll

Omm ta’ 32 sena, spiċċat weldet lit-tifel tagħha f’nofs festin li organizzat hi stess. Abbie Morris bdiet tħoss l-uġieħ tal-ħlas u kien għalhekk li qalet lil żewġha biex jaraw x’jagħmlu.

Skont dak li ġie rrapportat fil-midja fl-aħħar jiem, jidher li żewġha informa lil oħt martu b’dak li kien qiegħed jiġri, u mingħajr ħadd ma nduna telgħu fuq fejn Abbie welldet lit-tifel. Il-każ seħħ f’Hampshire fil-21 ta’ Awwissu li għadda.

Il-ġenituri tal-omm kif ukoll l-istednin ħadd minnhom ma nduna b’dan li kien qiegħed jiġri minħabba li l-omm kien baqalha mill-inqas ġimgħa biex teħles.
It-tarbija li ngħatat l-isem ta’ Jax twieled qabel ma waslet l-ambulanza biex tkun tista’ tieħu lil omm l-isptar.

Omm Abbie f’kummenti lill-midja qalet li hi baqgħet isfel mingħajar ma kellha l-ebda indikazzjoni li bintha kienet qed twelled lit-tarbija tagħha. Hi qalet li “bqajt isfel nilgħab ma’ tfal oħrajn li kien hemm mistednin għal festin li organizzat binti Abbie.”

Hekk kif waslet l-ambulanza biex tieħu lil omm l-isptar, il-mistednin inħasdu, però l-missier kien pront niżel isfel u ta l-aħbar lill-mistednin li kellhom tifel u se jsemmuh Jax.

“Dak il-ħin lanqas kont naf eżatt x’kien qiegħed jiġri minħabba li filli qed nilgħab mat-tfal u f’daqqa waħda nara l-ambulanza. Kien f’dan il-ħin li r-raġel tat-tifla qalli li erġajt sirt nanna,” sostniet omm Abbie.

L-omm xorta waħda ttieħed l-isptar flimkien mal-wild ġdid tagħha. Wara ftit sigħat l-isptar hi ngħatat parir li tista’ terġa’ tmur lura lejn id-dar.

Sport