Il-kreattività u t-talent spikkaw f’wirja ta’ kejkijiet tat-tiġijiet u skulturi magħmula miċ-ċikkulata, li ttellgħet minn grupp ta’ studenti tal-ewwel sena li qed jistudjaw l-Arti Kulinarja fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS).

Bħala parti mill-module “Individual Pastry Practical and Theory”, l-istudenti ħadu sehem f’dan il-proġett kreattiv tal-gwida tal-lettur u pastry chef Jimmy Aquilina. Kemm il-kejkijiet kif ukoll l-iskulturi kellhom stil varjat, kif jixhdu dawn ir-ritratti.

Fi stqarrija, l-ITS esprima l-apprezzament tiegħu għall-kisbiet tal-istudenti tal-Arti Kulinarja u qal li jħares ’il quddiem biex jarahom ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom f’dan il-qasam.

L-applikazzjonijiet għall-programmi ta’ studju tal-ITS jinsabu miftuħa u jibqgħu għaddejjin sal-10 ta’ Awwissu 2026. Dawk interessati jistgħu jaraw il-prospett l-aktar aġġornat fuq www.its.edu.mt/prospectus biex jesploraw il-firxa ta’ programmi disponibbli, mil-livell tal-Fondazzjoni sal-livell ta’ Master’s Degree, f’diversi oqsma relatati mat-turiżmu u l-ospitalità.



