Wednesday, April 24, 2024

Xejn għajr minn rebħa ma’ tissodisfa lill-Arġentina  kontra l-Polonja

Aqra wkoll

Minn Grupp C, fit-8.00 pm, l-Arġentina se tkun qed tfittex li taqbeż lill-Polonja fil-quċċata ta’ dan il-grupp u tikkwa­lifika għall-Aħħar 16 bħala rebbieħa tal-grupp.

Iċ-champions tad-dinja darbtejn, jinsabu fit-tieni post … b’punti daqs l-Arabja Sawdija u rebħa tkun tfisser li jirbħu l-grupp.

Il-coach tal-Polonja, Czeslaw Michniewicz, mistenni li jutilizza l-istess formazzjoni li għelbet lil Arabja Sawdija, b’Arkadiusz Milik u Ro­bert Lewandowski jmexxu l-attakk.

Fir-rigward tal-Arġentina, Lionel Scaloni, jista’ jbiddel il-formazzjoni inizjali tiegħu għal darb’oħra, b’bidliet fid-difiża u b’mod partikolari f’nofs il-ground.

Lautaro Martinez u Angel Di Maria huma l-aktar żewġ kandidati li x’aktarx jingħaqdu ma’ Lionel Messi fl-attakk, iżda Julian Alvarez u Paulo Dybala jittamaw li jibdew mill-bidu.

Sport