Thursday, April 18, 2024

Konfront dirett bejn il-Messiku u l-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Minn Grupp C, fit-8.00 pm, l-Arabja Sawdija jaffrontaw lill-Messiku f’partita diretta hekk kif it-tnejn għandhom ċans jikkwalifikaw għall-Aħħar 16 b’dak tal-Messiku jkunu kemm­xejn limitat.

L-Arabja Sawdija se tkun sfurzata tagħmel xi tibdil f’nofs il-ground wara li Abdulelah Al-Malki – li l-iżball tiegħu wassal għall-goal ta’ Robert Lewandowski kontra l-Polonja – jinsab sospiż minħabba li ntwera t-tieni karta safra u għaldaqstant se jkun sostitwit minn Nawaf Al-Abed.

Inkella, Riyad Sharahili jista’ jipprovdi pre­żenza aktar difensiva hekk kif irritorna għat-taħriġ wara li rkupra minn injury … u jħalli lil Yasir Al-Shahrani u Salman Al-Faraj bħala l-uni­ċi żewġ assenti tal-Arabja Sawdija.

Goal ieħor għal Al-Dawsari jara lill-captain jilħaq lil Sami Al Jaber bħala l-aqwa skorer tal-Arabja Sawdija fit-Tazza tad-Dinja bi tliet goals.

Min-naħa tal-Messiku, il-midfielder veteran, Andres Guardado, jinsab dubjuż wara li sofra injury muskolari fit-telfa ta’ 2-0 kontra l-Arġentina.

In-nuqqas tiegħu għandu jwassal għal sejħa mmedjata għal Edson Alvarez ta’ Ajax, u l-coach Gerardo Martino għandu jikkunsidra li jerġa’ lura għal difiża ta’ erba’ players.

Approċċ bħal dan jista’ jwassal għal sejħa lura fl-attakk għal Raul Jimenez, li jkun qed jilgħab il-100 partita tiegħu għal pajjiżu.

Ekonomija

Sport