“Qed nippubblika għall-ewwel darba ritratti li juru ftit mix-xogħol ta’ tindif u tneħħija ta’ materjal li kien sar fis-sit taċ-Cisterna della Quaranterna fil-Belt Valletta mill-Awtorita’ tal-Artijiet”
Iddikjara dan il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet fejn spjega li hemmhekk, taħt il-gwida tas-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali bis-saħħa ta’ dan ix-xogħol kienu nkixfu tunnels, arkati u strutturi li kienu murdumin taħt zewg sulari torba.
Il-Ministru Bonnici irrimarka li dan ix-xogħol intemm fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet. Huwa rringrazzja lil ħaddiema kollha li ħadmu fuq dan is-sit biex b’hekk dan is-sit, ladarba mnaddaf, seta jsir xogħol ta’ preparazzjoni teknika u jiġi mizjud fil-lista ta’ proġetti tant sbieħ ta’ restawr li huma pjanati li jwettqu mill-ħaddiema tant bravi tad-Direttorat tar-Restawr u Preservazzjoni madwar il-pajjiż kollu.
Il-Ministru Bonnici tenna billi appella lil pubbliku biex hu wkoll jagħmel il-parti tiegħu u jirrispetta dan is-sit u x-xogħol li sar biex dan is-sit jitnaddaf.

