Sunday, November 24, 2024

“Xi ħadd daħal fil-vann tagħna u baqa’ sejjer”

- Bjorn Formosa - ALS Malta

Aqra wkoll

Bjorn Formosa minn ALS Malta permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali allega li xi ħadd matul il-lejl li għadda f’Ħal Qormi ħabat fil-vann tagħhom u baqa’ sejjer.

Formosa kiteb li “x’weġġgħa ta’ qalb! Għadna kemm ġejna infurmati li l-van li bih ngħinu r-residenti tagħna jmorru appuntament l-isptar jew għal qadja personali ġie mkisser.”

Hu kompla jgħid li “għal ħafna dan il-van kien ifisser liberta biex imorru ximkien, għax biex persuna f’wheelchair bhal tagħna tmur x’imkien hija diffiċli ħafna.”

Il-fondatur ta’ ALS Malta temm jgħid li j’Alla min daħal fil-vann ma weġġax’ u minkejja li ma nafux min hu “naħfrulu għal dan l-inċident”.

Intant, sorsi qrib il-Gwardjani Lokali li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30am u huma mill-ewwel marru fuq il-post. Is-sors qalu li huma sabu s-sewwieq tal-karozza li ħabat mal-vann tal-ALS fuq il-post u tkellmu miegħu.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Sport