Eros Galea ta’ 36 sena residenti ż-Żejtun tressaq il-Qorti b’ċitazzjoni fejn ġie akkużat bl-inċident fatali ta’ Joseph Grech li ntlaqat minn ambulanza fl-Isptar Mater Dei.
Il-Prosekuzzjoni akkużatu li b’nuqqas ta’ ħsieb u bi traskuraġni, ikkaġuna l-mewt ta’ Grech ta’ 48 sena li ien intlaqat b’ambulanza fl-Isptar Mater Dei. Grech kien jaħdem bħala nursing aide.
L-inċident kien seħħ fil-25 ta’ Mejju tal-2024 għall-ħabta tal-5.00 p.m. meta għax xi raġuni ambulanza misjuqa minn Galea laqtet lil Grech u anke lil Maria Miron ta’ 54 sena li hija Rumena. Hija kienet sofriet ġrieħi gravi. Il-mara kellha tiġi operata u għal xi jiem kien f’qagħda kritika. Jospeh Grech ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Eros Galea wieġeb mhux ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih.