Monday, February 10, 2025

Xufiera tal-go kart iferrħu xufier li jinsab Mater Dei wara inċident li kellu bil-go kart fi Sqallija

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Morgan Zammit, xufier tal-go kart esperjenza sorpriża mill-isbaħ mingħand sħabu x-xufiera. Dan hekk kif bħalissa Zammit jinsab fl-Isptar Mater Dei, hekk kif sfortunatament f’Jannar kien involut f’inċident bil-go kart ġewwa Sqallija.

Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, omm it-tifel, Claire Marie Azzopardi irringrazzjat lil dawk kollha li għamlu l-għalmu tagħhom sabiex t-tifel tagħha Morgan seta’ jinġieb u jingħata l-kura ġewwa pajjiżna.

Azzopardi rringrazzjat lil Tonio Mizzi, lil Ryan Xuereb u lill-awtoritajiet kollha kkonċernati u lil Gvern, il-għaliex mingħajr il-ħidma tagħhom, dan kollu ma kienx ikun possibli.

FL-istess messaġġ, l-omm irringrazzjatl il dawk kollha li qegħdin iżuru lil Morgan, il-għaliex permezz ta’ imħabba bħal din Morgan jagħmel iktar kuraġġ fil-proċess ta’ fejqan tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport