Friday, April 19, 2024

Yachting Malta BSC International Regatta toqrob lejn tmiemha

Aqra wkoll

Il-Yachting Malta BSC International Regatta offriet ġurnata oħra ta’ sfida, il-Ħadd filgħodu għall-Birzebbugia Sailing Club fl-aħħar ġurnata tar-regatta, hekk kif il-kundizzjonijiet tat-temp komplew jagħmlu l-affarijiet diffiċli għall-Kumitat tat-Tlielaq immexxi minn Miguel Amaral.

L-istat tal-baħar barra l-port kien simili għal dak tal-jiem ta’ qabel. Il-kundizzjonijiet tar-riħ, li kienu madwar żewġ mili nawtiċi fis-siegħa fisser li kienu mumenti ta’stennija għall-flotot kollha. Sinjal żgħir ta’ titjib fil-kundizzjonijiet kien esperjenzat aktar tard filgħodu, iżda t-tama kienet qasira hekk kif ir-riħ reġa’ niżel għal żewġ mili nawtiċi fis-siegħa. Kien biss kmieni wara nofsinhar li l-flotot setgħu jniedu u jikkompetu f’tiġrija finali waħda f’Xrobb L-Għaġin.

Flotta tal-Optmist

Fil-Kategorija Senior, Danyil Mykhailichenko (BSC) għeleb lil Erik Scheidt (LTU) – li sa’Sibt wara nofshinhar kien fuq quddiem fil-klassifika provviżorja, kiseb ir-rebħa b’vantaġġ ta’ punt wieħed biss fuq il-Litwan. Il-Malti Timmy Vassallo, temm it-tellieqa tal-Ħadd fit-tieni post. Dan fisser li Vassallo żamm it-tielet post li kiseb il-ġurnata ta’qable u b’hekk seta’ jġorr il-bandiera Maltija fuq il-podju fit-tielet post.

Fil-Klassi Cadet, Nathan Montebello (BSC) żamm il-vantaġġ tiegħu. Hu kien segwit minn Villiams Osipovs (FVR), filwaqt li Ethan Kodjaazliev tal-RMYC ħa t-tielet post.

Flotta ILCA

It-tellieqa tal-Ħadd rat lil Benjamin Vassallo (MYSC) jkompli bil-wirja  konsistenti tiegħu tal-ġurnata ta’qabel, biex ħa r-rebħa tal-ġurnata. It-tieni post li Laidon Buhagiar (BSC) kiseb fl-unika tellieqa tal-ġurnata rawh jegħleb lil Katrina Micallef (RMYC) li s-Sibt kienet fit-tielet post. It-tielet post ta’ Jake Mallia fisser li Mallia żamm it-tieni post ġenerali.

Il-flotta ILCA 6 nhar il-Ħadd kienet iddominata mill-baħrin nisa tal-Club ta’ Birzebbugia. Lacey Aquilina u Michela Mifsud li spiċċaw fl-ewwel u fit-tieni post rispettivament. Dimitrios Pipi Vertsonis (RMYC) kiseb it-tielet post. B’dan ir-riżultat, Vertsonis ħareġ rebbieħ tal-Klassi b’vantaġġ ta’ żewġ punti quddiem Matthew Flores (BSC). Flores, li rebaħ tlieta mill-erba’ tiġrijiet is-Sibt, niżel fit-tieni post, żewġ punti wara Vertsonis. Kurt Borg żamm it-tielet post.

Il-Klabb ospita ċerimonja tal-għoti tal-premijeit fil-preżenza tal-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar l-Onor. Dr Stefan Zrinzo Azzopardi u ċ-Chairman tal-isponsor ewlieni ta’ Yachting Malta,  Jonathan Borg, li rrimarka “li l-ospitalità ta’ Malta pattiet għat-temp kiesaħ li Malta esperjenzat fl-aħħar jiem” Hu  kompla esprima s-soddisfazzjon tiegħu li Yachting Malta tappoġġja regatti internazzjonali bħal dawn li mhux bissjitfgħu dawl fuq Malta internazzjonalment iżda jipprovdu wkoll opportunitajiet ta’ żvilupp għall-baħrin Maltin.

l-premjijiet lir-rebbieħa ngħataw minn Robert Scheidt, rebbieħ ta’ħames medalji Olimpiċi u  li kien qed akkumpanja lil ibnu Erik li kkompeta fil-Klassi Senior Optimist, l-Onor. Dr Zrinzo Azzopardi, is-Sindku ta’ Birzebbugia Scott Camilleri u ċ-Chairman ta’ Yachting Malta Jonathan Borg.

Fil-kummenti tal-għelqu tiegħu, il- Commodore tal-Klabb, Mario Aquilina, irringrazzja lil dawk kollha involuti fl-organizzazzjoni, partikolarment lill-voluntiera. “Lokalment, nafu li l-weekend tal-festa ta’ San Pawl dejjem jista’ jipprovdi daqsxejn ta’ sfida imma mill-kummenti li waslu, b’mod partikolari miċ-Champion Olimpiku Robert Scheidt, wera li x-xogħol tagħna kien tajjeb u nittamaw li naraw lil-dawn l-baħrin mill-ġdid is-sena li ġejja temm jgħid.

Il-Club irringrazzja lill-isponsors ewlenin Yachting Malta Ltd, kif ukoll   RLR Yachting, Go&Fun, 3FL Sails u lill-Kunsill Lokali ta’ Birzebbugia talli taw il-kontribut tagħhom għal dan l-avveniment.

Sport