Tuesday, April 30, 2024

Identifikat ir-raġel li waqa’ l-baħar f’Sant’Iermu

Aqra wkoll

Ir-raġel li waqa’ fil-baħar fil-Belt nhar il-Ġimgħa li għadda ġie identifikat bħala Finalndiż ta’ 42 sena. Dan kien ikkonfermat minn kelliem għall-Pulizija ma’ dan is-sit.

L-istess kelliem qal ma’ Talk.mt li t-tfittxija għal dan ir-raġel għadha għaddejja hekk kif għadu ma nstabx.

Mill-Ġimgħa 10 ta’ Frar sal-lum, numru ta’ uffiċjali tal-Forzi Armati, tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija taw sehemhom fil-ħidma għat-tfittxija tal-Finlandiż wara li għal xi raġuni spiċċa l-baħar fil-limiti ta’ Sant’Iermu għall-ħabta tat-3:00 p.m.

Sport