Wednesday, April 17, 2024

Pakkett finanzjarju ta’ iktar minn €7 miljun għar-reġjuni milquta mill-għargħar jew miċ-ċiklun

Il-Prim Ministru ta' New Zealand, wara li eluf ta’ djar spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku kawża taċ-ċiklun Gabrielle.

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, Chris Hipkins, ħabbar pakkett finanzjarju ta’ iktar minn €7 miljun bħala għajnuna lir-reġjuni tal-pajjiż li kienu affettwati miċ-ċiklun jew mill-għargħar.

Dan wara li riċentament, ċiklun magħruf bħala Gabrielle laqat it-Tramuntanta ta’ New Zealand fejn kawża t’hekk madwar 46,000 dar jinsabu mingħajr il-provvista tal-elettriku. Barra minn hekk, mijiet ta’ titjiriet kellhom jiġu kkanċellati. Dan hekk kif l-awtoritajiet tal-pajjiż fl-aħħar sigħat ħarġu twissijiet fejn qalu li xita qawwija kif ukoll riefnu mistennija jippersistu.

Dan seħħ propju ftit ġimgħat wara li Auckland – belt fi New Zealand – flimkien ma’ bliet oħra tal-madwar intlaqtu minn rekord ta’ xita qawwija fejn saħansitra kien hemm għargħar u tilfu ħajjithom erba’ persuni.

Il-Ministru responsabbli mis-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, Kieran McAnulty, f’kumment li ta lill-ġurnalisti tal-lokal qal li l-Gvern qed jikkunsidra li jiddikjara stat ta’ emerġenza. McAnulty żied jgħid li fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, New Zealand mistenni jaffaċċja sitwazzjoni kritika li għandha ttul numru ta’ ġranet minħabba r-riħ qawwi u maltempati tax-xita li se jaħkmu lill-pajjiż.

Għaldaqstant, huwa fisser li jaf jgħaddu diversi jiem sakemm il-provvista tal-elettriku tiġi lura għan-normal.

Ekonomija

Sport