Tuesday, April 30, 2024

Persuna mistennija titressaq il-Qorti llum dwar argument f’parkeġġ fir-Rabat

Aqra wkoll

Minn hawn u ftit ieħor, għall-ħabta ta’ nofsinhar, mistennija titressaq persuna l-Qorti b’akkużi relatati ma’ argument f’parkeġġ fir-Rabat.

L-argument seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tal-11.00 pm fejn raġel ta’ 56 sena residenti Ħ’Attard kien involut fl-argument f’dan il-parkeġġ bil-konsegwenza li waqa’ u sofra ġrieħi serji.

Il-każ se jinstema’ quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport