Sunday, May 5, 2024

Yassine Bono segwit minn tliet timijiet Ingliżi 

Aqra wkoll

Il-goalkeeper Marokkin Yassine Bono qed jiġi segwit minn tliet timijiet tal-kampjonat Premier Ingliż. 

Fil-fatt Tottenham Hotspur, West Ham United u Manchester United qed isegwu l-progress tal-goalkeeper ta’ 31 sena li bħalissa qed jilgħab ma’ Seville. Fil-fatt hu ilu jilgħab mat-tim min-naħa t’isfel ta’ Spanja sa mis-sena 2020 fejn lagħab 83 partita. 

Bono kellu wirjiet tajbin immens fl-aħħar tazza tad-dinja mal-Marokk fejn spiċċaw fir-raba’ post ta’ din il-kompetizzjoni. 

Sport