In-negozjant Yorgen Fenech għamel talba għall-ħelsien mill-arrest. Fenech innifsu qal li huwa għandu jingħata il-ħelsien mill-arrest, bir-raġuni li ilu 30 xahar miżmum taħt arrest.
Fenech ilu arrestat samill-20 Novembru 2019, liema arrest seħħ b’rabta mal-investigazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li nqatlet f’karozza bomba fis-16 ta’ Ottubru tal-2017.
Min-naħa tagħha, id-Difiża argumentat li meta persuna tkun qed tistenna li tgħaddi ġuri, din għandha tingħata l-ħelsien mill-arrest jekk jgħaddu 30 xahar mill-ħruġ tal-att tal-akkuża.
L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mhux jaqbel mal-interpretazzjoni tal-liġi tad-difiża. L-Imħallef Edwina Grima se tkun qiegħeda tieħu deċiżjoni dwar din it-talba.