Tuesday, April 30, 2024

Youri Tielemans segwit minn Barcelona

Aqra wkoll

Barcelona qed isegwu sew il-progress tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Leicester City, Youri Tielemans. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u ilu jilgħab fil-King Power Stadium sa mis-sena 2019 fejn skorja 18-il gowl f’122 partita.

Id-diriġenti Katalani huma impressjonati bil-wirjiet li qed jipproduċi l-player Belġjan u hu għalhekk li qed ifittxu player li jista’ jkun sostitut denju ta’ Sergio Busquets.

Barcellona se jippruvaw imorru għall-player fl-aħħar ta’ dan l-istaġun bit-tir li jakkwistaw il-firma tiegħu f’Lulju.

Sport