Thursday, April 18, 2024

L-MDA tisħaq dwar ir-responsabbiltà fuq il-post tax-xogħol b’rabta mal-kollass traġiku ta’ binja f’Kordin 

Aqra wkoll

B’referenza għall-inċident traġiku li seħħ nħar is-Sibt li għadda f’Kordin, l-MDA tgħid li hi favur ir-responsabbiltà fuq il-post tax-xogħol, inkluż il-kuntratturi, il-periti u s-“site officers”. Tfakkar illi professjonisti b’warrant għandhom id-dover li jissorveljaw xogħlijiet li qed isiru u fejn jaraw li dan mhux qed isir skont il-proċedura, it-teknika u s-sengħa, iwaqqfuhom minnufih. 

L-MDA nnutat li l-kumpanija li kienet qed tagħmel ix-xogħlijiet dakinhar mhix membru tagħha. 

L-MDA ilha għal dawn l-aħħar xhur f’diskussjonijiet mall-Gvern sabiex f’pajjiżna tidħol sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-kuntratturi biex tagħti aktar ċertezza lil min ikun qed jagħmel ix-xogħlijiet huwa attrezzat biex jagħmilhom. 

Ekonomija

Sport