Thursday, December 26, 2024

Żagħżugħ iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 16-il sena u joqgħod Santa Venera, għall-ħabta tat-8.00am, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Kordin, Raħal Ġdid.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żagħżugħ intlaqat minn Citroen C3, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 60 sena residenti Bormla.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport